توضیحات
Jim Crace Rebbieħ tal-Premju Whitbread
Maqlub għall-Malti minn Charles Flores
X’aktarx li l-aktar kelma fil-vokabularju dinji li smajna u għadha tirbombja fost il-ġnus u l-ilsna tagħhom tul din l-aħħar sena u nofs hija kwarantina. L-imxija tal-virus qerried kienet u għadha l-kaġun, hekk kif il-bniedem beda jara kif se jeħodha ma’ dan is-saram ġdid li ħlief imwiet, telf ta’ impjiegi u tkissir ta’ ekonomiji madwar id-dinja ma żerax. Il-ħtieġa tal-kwarantina kienet minnha nnifisha l-aħjar mogħdija lejn il-ħelsien mit-theddida, lejn l-irxuxtar minn tbatijiet fiżiċi, u lejn il-ħarsien tal-maħbubin u l-għeżież tagħna.
Il-kwarantina ta’ Jim Crace mhix nieqsa mill-passi ġeblija ta’ din il-mogħdija. Iżda fiha hemm sfida spiritwali, magħġuna fl-immaġinazzjoni u l-kreattività ta’ kittieb li jwassal tqanqil ruħu b’mod li jsaħħrek. X’aktarx anki jaħsdek, kultant forsi anki jgħaddbek. Il-kwarantina ta’ Ġesù Kristu fid-deżert, il-karattri kważi surrealistiċi li hemm miegħu jaqsmu l-għatx u l-ġuħ tax-xgħari mbiegħda jiffurmaw stampa li ma titilqekx għal waqt wieħed. F’dawn ix-xeni ta’ sikwit issib u tilmaħ bċejjeċ minn Malta jfeġġu quddiemek. In-nixfa. Il-ħxejjex. L-ilwien. Ix-xtieli. Ir-reżħa. Is-sħana. L-emozzjoni.
Għal Charles Flores, din it-traduzzjoni kienet bħal leħħa ta’ berqa f’waqt opportun. Bejn twemmin u nuqqas – jew tmermir – ta’ twemmin hemm baħar jaqsam u għexieren ta’ interpretazzjonijiet. Hu żgur li fil-qasam tal-kitba bil-Malti x’aktarx li ma kellna qatt xogħol daqstant provokattiv u ħawtiel li jmiss mill-qrib u b’daqshekk intensità l-aspett tal-bniedem u t-twemmin tiegħu, ir-ritwali u t-tradizzjonijiet, l-inżul u t-tlajja’ tas-soċjetà, l-imħabba ta’ veru u l-qerq, it-tfittxija dejjiema għal xi ħaġa … kollha kemm huma maqbudin f’kitba qawwija fin-nisġa, tgħum fil-metafora u tgħinek taħseb, tipprova tifhem u tħares lejn ħajtek minn lentijiet għal kollox differenti minn xulxin.

جزئیات کتاب
فرمت
جلد سخت
صفحات
373 صفحه
زبان
مالتی
منتشر شده
Jan 1, 2021
ناشر
Horizons
نسخهها
19 editions
ISBN-10
9918200669
ISBN-13
9789918200665